about CFJ | e-news | CFJ Programme | Paulo Freire Institute | Contact us | open jesuit.org.mt

 
Ċentru Fidi u Ġustizzja
Programm 2005/2006

 
 

Ir-Razziżmu, sfida għall-identità nisranija u ewropea tagħna.


Matul dan l-aħħar żmien, ideat u movimenti razzisti bdew jitfaċċaw fostna b’ċerta qawwa, ħafna drabi marbuta mal-preżenza dejjem akbar to’ immigranti irregulari f’pajjiżna. F’April li għadda ċ-Ċentru kien organizza konferenza fuq din il-problema, u matul Novembru ser nippubblikow id-diskorsi u r-riżultati tal-konferenza fi ktieb, Sejrin ukoll ner nlaqqgħu il-’workshops’ li saru dak in-nhar biex inkunu nistgħu nifformulaw proposti u ngħadduhom lil-min huwa f’pożizzjoni li jġib tibdil. Żgur li ċ-Ċentru jibqa’ preżenti fid-diskussjoni nazzjonali, fuq punt li huwa ta’ importanza kruċjali għall-identità tagħna l-Maltin u għal kif nifhmu xi tfisser li aħna nsara.

Jekk tixtieq kopja tal-ktieb meta joħroġ iktbilna fuq cfjwaldonet.net.mt u nibgħatuhulek bil-posta.

 


Spiritwalità u Ġustizzja

27 - 31 ta’ Marzu, 2006 (7.00pm)
Eżerċizzi tar-Randan fil-parroċċa ta’ Haż-Żebbuġ

X’rabta hemm bejn il-fatt li jien Nisrani u l-impenn tiegħi għal dinja aktar ġusta, fejn id-dinjità tal-bniedem hija rispettata? Jien li għandi l-hajja ċkejkna tiegħi, x’nista’ nagħmel? lċ-Ċentru bħalma għamel dawn l-aħħar sentejn, ser joffri ġimgħa eżerċizzi tar-Randan f’parroċċa, u jkompli jaħdem ma’ grupp ta’ ‘social workers’ li diġà għamlu din l-esperjenza s-sena li għaddiet.


Tliet laqgħat għas-‘social workers’ matul is-sena.
Jekk inti interessat/a, iktbilna fuq cfjwaldonet.net.mt, u nżommuk infurmat/a.


 


Erba' snin ta' Orbis

L-Erbgħa, 10 ta’ Mejju 2006 fis-7.00 p.m.
Fis-sala tas-Sixth form tal-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara

Biex ifakkar il-bidu tal-ħames sena mill-pubblikazzjoni ta’ Orbis, ir-rivista ta’ kull tliet xhur tal-Ġiżwiti Maltin, iċ-Ċentru ser jorganizza ‘Round Table’ fuq il-qagħda preżenti tas-soċjetà u l-Knisja Maltija, biex nagħtu ħarsa ‘l quddiem lejn kif ir-rivista tista’ taqdi l-missjoni tagħha aħjar.

 


Inxerrdu t-tagħlim soċjali tal-Knisja

Is-Sinodu Djoċesan jisħaq fuq il-bżonn li jixtered aktar it-tagħlim soċjali tal-Knisja. Wara diversi snin ta’ esperjenza f’dan il-qasam, din is sena iċ-Ċentru ħaseb biex iġedded l-istruttura ta’ dawn il-laqgħat, biex ikunu aktar rilevanti għas-sitwazzjoni tagħna f’Malta ta’ llum.

Din is-sena ser noffruhom lill-KDŻ, lill-parroċċa ta’ San Ġwann u lil gruppi tal-Mużew.

 


Formazzjoni politika/soċjali għaż-żgħażagħ

21 - 27 ta’ Awissu, 2006

F’Awissu li ġej, Ġizwiti minn diversi pajjiżi ewropej ser jorganizzaw ġimgħa ta’ formazzjoni politika għaż-żgħażagħ. Bi ħsiebna norganizzaw laqgħat ta’ tħejjija għal dawk interessati li jieħdu sehem. Iktar informazzjoni  ara Formazzjoni Politika u Soċjali.

Jekk inti interessat/a, iktbilna fuq cfjwaldonet.net.mt u nżommuk infurmat/a.

 


Welfare reform: seminar intern


Matul din is-sena ser tkompli d-diskussjoni u jibdew jittiehdu deċiżjonijiet konkreti fuq ir-riforma tas-sistema tal-’welfare’ f’Malta. Din hija sfida serja għas-sistemi soċjali ta’ pajjiżna għaliex tista’ ġġib bidliet importanti fil-mod ta’ kif drajna ngħixu aħna l-Maltin, Minhabba f’hekk iċ-Ċentru ser jibqa’ jagħtiha l-attenzjoni sħiħa, u jkompli jieħu sehem fid-diskussjoni, kif ta l-kontribut tiegħu u ta’ l-istitut Discern matul l-ahhar sentejn bl-istqarrija Ir-Riforma tal-’ Welfare’, lejn diskussjoni responsabbli, u bir-reazzjoni fuq it- ‘White Paper’ tat-Pensjonijiet.

 


It-tfal

Matul is-sena

Dan huwa proġett li ilna naħdmu fuqu matul dawn l-aħħar sentejn, għax jidhrilna li minkejja dak li jista’ jidher, it-tfal fis-soċjetà tagħna għandhom bżonn ta’ ħafna protezzjoni. Permezz tat-kitba fil-gazzetti u ta’ pubblikazzjonijiet oħra, nixtiequ naqsmu dak li nkunu sibna mal-pubbliku, biex insaħħu l-kuxjenza favur it-tfal u l-bżonnijiet tagħhom, u bit-tama li fostna jissaħħu l-istrutturi li jagħtu protezzjoni lit-tfal.

 

għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkuntattjana

 


Raxen


Għal dawn l-aħħar sentejn, iċ-Ċentru kien in-National Focal Point f’Malta taċ-Ċentru ta’ l-Unjoni Ewropea għall-immonitorjar tar-razziżmu u l-ksenofobija (EUMC), fin-network jismu RAXEN. Bil-għajnuna ta’ għadd ta’ S speċjalisti Maltin, kull sena niktbu rapporti u nagħmlu studji fuq jekk teżistix diskrimazzjoni razzjali fostna fl’oqsma tal-edukazzjoni, x-xogħol, Id-djar, kif ukoll fuq l-aħħar leġiżlazzjoni f’dan il-qasam u d-delitti razzisti fostna. Għal aktar informazzjoni ara:
www.eumc.eu.int

 


Bibljoteka Ġwanni 23


Fil-bidu tas-sajf iċ-Ċentru ħareġ it-tielet edizzjoni ta’ Ibda Għix fid-dinja, ‘pack’ ta’ riżorsi fuq aspetti soċjali tal-ħajja.tagħna, maħsub biex jintuża fil-klassijiet il-kbar ta’ l-iskejjel sekondarji. Hemm tmien paġni fuq kull waħda minn dawn it-temi: it-tielet dinja, Id-drittijiet tal-bniedem, Ir-refuġjati, Il-mara f’soċjetà ġdida, L-ambjent, Il-mass media, ix-xogħol, u d-demokrazija. Kull tema fiha ġabra to’ informazzjoni u attivitajiet li jistgħu jsiru fil-klassi. Minn din is-sena, dan il-pack ser jibda jintuża wkoll fl-iskejjel tal-gvern. Ideali għall-għalliema tax-xjenzi soċjali u tar-reliġjon U għal kull min għandu gruppi ta’ żgħażagħ. Dan il-‘pack’ jinstab għall-bejgħ mingħand librara ewlenin jew direttament mingħand iċ-Ċentru, bil-prezz ta Lm5.