My life as a Jesuit Brother - A Prayer

KEMM NIXTIEQ...

Kemm nixtieq li għadni nibda l-ħajja ħalli
nerġa nagħtiha lill-Kumpanija mill-ġdid...

Kemm nixtieq li għandi dik is-saħħa
li kelli meta bdejt din it-triq
tant mimlija u sabiħa...

Kemm nixtieq li nista' nerġa mmur u ngħix
dak kollu li diġa' esperjenzajt u għixt
f'tant postijiet u djar u proġetti,
tant nies li ħabbewni u ħabbejt, tant...

Kemm nixtieq li nitgħallem u nifhem
kemm il-MULEJ ħabbni
u dan aktar milli ħabbejtu jien...

Kemm nixtieq li ħafna jħaddnu, u jgħixu sa tmiemha
dak li jiena u tant oħrajn
inġarrbu, u nħobbu u ngħixu, tant...

Kemm nixtieq li naf u nitgħallem
kif ngħix dawn ix-xewqat
iva issa, iktar minn qatt qabel... kemm nixtieq.

Kemm nixtieq li int MULEJ tkun dejjem
dak li int għalija issa u dejjem...

Kemm nixtieq li intom titolbu għalija.
Grazzi.

Frank Borg SJ 


facebook youtube twitter flickr