Our Stories

Here we are offering you some stories about who we are. You will come to see that we are a diverse community... we kept our uniqueness and our dreams but we live with one goal - to use all our talents and gifts for the greater glory of God.  (For more information about Jesuit Vocations, click here)   Read on...

 

Mark Cachia SJ

Mark Cachia huwa żagħżugħ Ġiżwita li qed jistudja Pariġi. Qed iħejji ruħu biex fi żmien sentejn ikun ordnat Saċerdot. Huwa qed jistudja t-Teoloġija f’istitut tal-Ġiżwiti u fl-istess ħin jgħix f’komunità Ġiżwita fi kwartier popolari ’l barra minn Pariġi, fejn jgħixu ħafna immigranti u ħaddiema barranin. 

F’din il-kitba jaqsam mal-qarrejja waħda mill-aktar mistoqsijiet ċentrali fil-vokazzjoni tiegħu ta’ reliġjuż Ġiżwita u ta’ saċerdot futur. 

Read More...


 

Karl Vella SJ

Karl Vella huwa student Ġiżwita li qed iħejji ruħu biex isir saċerdot. Fil-formazzjoni tiegħu bħala Ġiżwita, huwa għamel sentejn ta’ esperjenza ta’ ħidma prattika. Dawn is-sentejn insejħulhom Regency. L-iskop huwa li ż-żagħżugħ Ġiżwita jagħmel esperjenza ta’ ħidma diretta, qabel ma jkompli bl-istudji tiegħu fi triqtu lejn is-saċerdozju.

Karl għadda dawn l-aħħar sentejn jaħdem fost l-istudenti universitarji u agħmel bosta esperjenzi ta’ volontarjat magħhom, b’mod speċjali fl-Eġittu. Hawn jitkellem dwar dawn is-sentejn u dak li rċieva permezz ta’ din l-esperjenza.

Read more...


 

Vince Magri SJ

Fr Vince Magri, imwieled il-Hamrun, daħal Ġiżwita ta’ 26  Sena. Wara l-formazzjoni tiegħu barra ħadem ħafna fil-qasam soċjali, kien wieħed minn tal-ewwel fil-komunità tal-Ġiżwiti fiż-Żejtun, fejn jinsab bħalissa, mexxa ċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana u ħadem ħafna fil-qasam tal-familji. Hawn jaqsam ftit mill-istorja tiegħu.


Read More...




 

Joe Cassar SJ

'...Għalija f’dik il-lejla, dak li xiref minn taħt il-plastik biex jilqa’ borża bi ftit ħobż, flip flop jew xi xall biex jitgeżwer fih, kien Dak stess li jagħtina ġismu u demmu fit-Tqarbin. U għallimni li s-saċerdozju fuq l-artal u s-saċerdozju fit-triq imorru id f’id.'

Joe Cassar SJ, id-Direttur tas-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Rifuġjati, jaqsam magħna xi ħsibijiet dwar is-saċerdozju.

Read more... 





Paul Zammit SJ



'Jiena, bħala saċerdot, inħoss li Alla sejjaħli biex inkun missier uliedu. F'dan niftakar kull darba li nisma' min isejjaħli: ‘Father'. F'ismu nagħtihom kemm-il darba l-kelma tiegħu. Waħda mill-iktar affarijiet importanti li jagħmel il-missier (flimkien mal-omm) hija li jkellem lill-uliedu.  Il-kelma tiegħu tgħallem, turi t-triq. Tiżgura lit-tfal li għandhom ħabib. U dan hu li nagħmel bħala saċerdot - inkellem lin-nies f'isem Alla. Dan nagħmlu permezz tal-prietki, irtir, tagħlim...'

Paul Zammit SJ jaqsam x-ifisser għalih li jkun 'missier'.

Read more... 



Harry Formosa SJ


'Waħda mill-isbaħ avventuri hi meta takkumpanja xi ħadd fl-eżerċizzi spiritwali u tara lil Alla jaħdem intimament f'persuna. L-istess ħaġa u meta taħfer id-dnubiet, forsi lil xi ħadd ilu s-snin imdejjaq għax warrab lil Alla li jħobbu. Imma dawn huma esperjenzi moħbija bejn is-saċerdot, il-persuna u Alla.

Fil-ħajja ta' saċerdot spiss ma tarax riżultati. Imma nħoss li anki daqsxejn ta' kuntatt li nkun għamilt ma' xi ħadd, seta' kien mezz biex Alla juri mħabbtu lejha. Ta' dan jien inħossni ferħan ħafna, avolja mhux dejjem nara r-riżultati li kont nixtieq...' - Harry Formosa SJ

Read More...



Alfred Darmanin SJ

'Grazzi Mulej li sejjaħtli nkun saċerdot tiegħek. Għinni biex inkompli nħoss dak il-ferħ spiritwali li ġġib magħha din il-vokazzjoni. U għallimni naqsam din il-grazzja mal-oħrajn.'

Fr Alfred Darmanin, Ġiżwita, għalliem tal-psikoloġija, jirrakkonta ftit mill-esperjenzi tiegħu bħala saċerdot.


Read More...




Mario Jaccarini SJ

Mario Jaccarini SJ jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu tas-saċerdozju. Huwa studja l-Ingilterra u speċjalizza fil-litteratura Ingliża. Għallem l-Ingliż għal ħafna snin, kemm studenti Ġiżwiti, kif ukoll studenti tal-Kulleġġ San Alwiġi. Kien kappillan maħbub tal-Università u direttur spiritwali ta' ħafna nies, barra milli ppriedka u ta irtiri u konferenzi bla għadd. Mexxa gruppi ta' talb u Komunitajiet Ta' Ħajja Nisranija.




Read More... 



Joe Gauci Sacco SJ


'Ġejt ordnat saċerdot fid-19 ta' Marzu 1966 fil-Kulleġġ ta' St. Mary's, fuq il-muntanji tal-Himalayas f'Kurseong, Indja, 44 sena ilu. Nirringrazzja ‘l Alla li 35 snin minnhom għaddejthom fix-xogħol Pastorali bħala kappillan f'diversi parroċċi tal-Missjoni tagħna tas-Santal Parganas. Tul dawn is-snin bħala saċerdot kelli ħafna esperjenzi sbieħ u ta' konsolazzjoni fejn rajt kif Alla nqeda bija bħala saċerdot biex juri l-preżenza u l-qawwa tiegħu....'



Read More...


 
facebook youtube twitter flickr